LA LIGA: Ir-rekord ta’ gowls li waqqaf Lionel Messi fi Spanja qatt m’hu se jinkiser skont il-kowċ ta’ Barcelona Luis Enrique.
Telmo Zarra fl-1955 kien waqqaf rekord ta’ 251 gowl imma Messi, li għandu 27 sena, issa tela’ għal 253 gowl f’La Liga wara li skorja hat-trick is-Sibt fir-rebħa 5-1 fuq Sevilla.
“Hu plejer uniku – qatt m’hu se jkun hawn ieħor bħalu u ninsabu fortunati li qed ingawdu l-preżenza tiegħu hawnhekk. Naħseb li se jħallu rekord li ħadd m’hu se jkun jista’ jikser. Zarra waqqaf dan ir-rekord f’perjodu meta kien hawn aktar attakkanti milli difensuri,” qal il-kowċ ta’ Barcelona.
L-aktar skorer viċin li għadu attiv hu Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid b’197 għalkemm hu sentejn akbar mill-attakkant Arġentin
B’kollox, apparti l-253 gowl f’La Liga, Messi skorja 368 gowl ma’ Barcelona, 68 minnhom fi staġun wieħed, 91 f’sena u rebaħ erba’ darbiet il-Ballon d’Or.
Intant Real Madrid ukoll rebħu biex kabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika wara li għelbu lil Eibar 4-0 fl-Ipurua Municipal Stadium.
Cristiano Ronaldo skorja darbtejn waqt li James Rodriguez u Karim Benzema skorjaw il-gowl l-oħra f’din l-14-il rebħa konsekuttiva ta’ Real fil-kompetizzjonijiet kollha.
//= $special ?>