Il-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil it-Tnejn se jwieġeb għad-diskors tal-baġit ppreżentat mill-Gvern Laburista l-ġimgħa li għaddiet.
Fl-ewwel reazzjoni għall-baġit, l-Oppożizzjoni sostniet li dan kien baġit li mhux iżomm il-wegħdi li l-Partit Laburista għamel mill-Oppożizzjoni qabel l-aħħar elezzjoni u li ma kienx qed iqassam il-ġid b’mod ġust fis-soċjeta’.
Kritika oħra tal-Oppożizzjoni hi li dan hu baġit li se jżid il-burokrazija għal diversi setturi u li qed idaħħal piżijiet ġodda.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kkrritikat ukoll lill-Gvern li fil-baġit ma ntweriet l-ebda direzzjoni ġdida għall-pajjiż u l-gvern ma identifika l-ebda setturi ġodda ta’ ħolqien ta’ impjiegi.
Sadattant il-baġit ġie wkoll f’mument fejn il-gvern qed ikun ikkriitkat bil-qawwi fl-opinjoni publika dwar l-inċident li fih ix-xufier tal-Minstru Manwel Mallia spara żewġ tiri lejn ċittadin Skoċċiż wara inċident tat-traffiku. Dawn it-tiri laqtu l-karrozza taċ-ċittadin Skoċċiż u seta’ kellhom konsegwenzi ferm iktar gravi.
//= $special ?>