Lokali

Jibda jiżżarma sagħtejn wara tmiem il-finali

Pajjiżna ħa l-opportunita’ biex għall-Malta Eurovision jintuża l-istess palk li ntrama għall-Junior Eurovision Song Contest.

Il-Junior Eurovision Song Contest kien segwit minn miljuni madwar id-dinja u bħal kull sena, intrama palk mill-isbaħ, b’effetti li żgur baqgħu f’moħħ kulħadd.

U l-kantanti tal-Malta Eurovision kellhom ukoll l-opportunita’ li jkantaw fuq dan il-palk. Filfatt, il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest baqa’ armat sakemm kienet lesta s-serata finali tal-Malta Eurovision.

Il-palk beda jiżżarma sagħtejn biss wara tmiem il-finali, kif jidher fir-ritratt t’hawn fuq.

Il-moħħ Malti wara dawn iż-żewġ avvenimenti fi ftit jiem, il-Junior Eurovision Song Contest u l-Malta Eurovision kien il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard.

Agħfas hawn għal rappurtaġġ estensiv tas-serata finali tal-Eurovision, b’ritratti, filmati u kummenti dwar il-festival u l-kanzunetta rebbieħa.