Lokali

Kummenti: Ikomplu t-tħejjijiet għal ‘Misraħ il-Milied’

F’dawn il-jiem għaddejjin il-preparamenti għall-attivita’ Misraħ il-Milied li se ssir fuq erba’ t’ijiem bejn il-5 u t-8 ta’ Diċembru 2014.

Misraħ il-Milied għandha l-għan li toffri programm ta’ divertiment lill-pubbliku filwaqt li matulha jinġabru fondi għall-Partit Nazzjonalista.

Robert Cutajar, il-Kordinatur tal-attivita’ spjega li fid-daħla prinċipali se jkun hemm atmosfera tal-Milied fosthom palk bil-protagonisti jkunu t-tfal, ħanut żgħir tal-ponzietta u siġra tal-Milied b’t-tul ta’ ħames metri, bit-tfal se jkunu jistgħu jwaħħlu l-messaġġi tal-Milied maghħa.

Robert Cutajar spjega li fil-parti ta’ fuq se jispikkaw l-presepji u wirja ta’ affarijiet marbuta mal-istorja tal-Partit Nazzjonalista li jmorru lura sa’ minn żmien Nerik Mizzi.

Ara l-filmat bil-kummenti ta’ Robert Cutajar dwar dawn it-tħejjijiet.