Rapport ġdid imħejji għall-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti wissa li l-grupp terroristiku Stat Iżlamiku (ISIS) għandu biżżejjed riservi ta’ armi, munizzjon u vetturi biex jippersisti bil-gwerra għall-kontroll tal-Iraq u s-Sirja sa sentejn oħra.
Il-ħażna tal-armi impressjonanti tal-ISIS jippermetti, fost oħrajn, biex it-terroristi jgawdu minn mobbilita sostenibbli u fejn jistgħu jtellgħu difiża limitata kontra l-ajruplani li jittajjru fil-baxx. Anki f’każ li l-koalizzjoni ta’ pajjiżi anti-ISIS (taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti) tkompli teqred il-vetturi u l-armamenti tat-terroristi, dan m’għandux jaffettwa ‘il-volum tal-armi li jistgħu jinġarru mill-militanti Iżlamiċi’, almenu skont ir-rapport.
Fil-fatt, l-armi ‘ż-żgħar’u l-munizzjon f’idejn it-terroristi meqjusa bħala biżżejjed biex l-ISIS ikompli jiġġieled ‘fuq dan il-livell’ għal sentejn oħra. Dan meta l-ISIS mhux talli hu wieħed mill-aktar gruppi terroristiċi ffinanzjati tajjeb fid-dinja iżda hu anki fost l-aktar entitajiet armati sa snienhom ta’ dan it-tip.
//= $special ?>