Futbol Sport

Moyes jiddebutta bi draw

LA LIGA: David Moyes qal li l-ewwel logħba tiegħu bħala kowċ ta’ Real Sociedad kienet “esperjenza mill-isbaħ” minkejja li t-tim tiegħu kien miżmum fi draw mingħajr gowls għand Depiortivo La Coruna.

L-eks manger ta’ Everton u Manchester United, mexxa lit-tim il-ġdid tiegħu lejn l-ewwel logħba dan l-istaġun li fiha ma qalgħux gowl għalkemm għad iridu jirbħu barra minn darhom.

L-Iskoċċiż ta’ 51 sena qal, “Ninsab kuntent li għamilt id-debutt f’La Liga. Ridt nirbaħ u m’inix kuntent bid-draw għaliex ħdimna iebes. Imma fl-aħħar mill-aħħar kien riżultat ġust.”

Moyes kien tkeċċa minn Manager ta’ United f’April u ffirma kuntratt sa Ġunju tal-2016 mal-klabb Basque.

Moyes se jkun qed jiddebutta f’Sociedad meta jilqgħu lil Elche nhar il-Ġimgħa.