Kurżitajiet

Qed tfittex lill-produtturi ta’ Peppa Pig għad-danni

Mara Taljana qed tfittex lill-produtturi tal-programmi animati, popolari mat-tfal, Peppa Pig, u saħqet li hi ġarrbet danni minħabba episodju lu juri karattru ta’ mogħża żgħira bl-istess isem.

Gabiella Capra qed titlob 100,000 ewro f’kumpens mill-produtturi tal-cartoon animat. Dan wara li xebgħet tkun mgħoddija biż-żmien minħabba dan il-karattru.

Peppa Pig hi produzzjoni ta’ Astley Baker Davies li nbiegħet f’180 territorju madwar id-dinja filwaqt li nħadmu diversi prodotti bażati fuq il-karattru.

Fl-Italja, Peppa Pig qed tikseb popolarita’ kbira u anki ispirat it-twaqqif ta’ park ġdid fir-reġjun ta’ Lombardija din is-sena.