Lokali

Simon Busuttil: ir-responsabbilta’ hi tal-Prim Ministru

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busutitl wieġeb lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-Każ Manwel Mallia u f’ittra li bagħat lill-Prim Ministru sostna li għandu jkun il-Prirm Ministru li jerfa’ r-reponsabbilta tiegħu u mhux jipprova jitfagħha fuq ħaddieħor billi jtawwal il-proċess u jagħmel manuvra wara l-oħra biex jaħrab mill-konkluzjoni logika u inevitbabli li jneħħi lill-Ministru Manwel Mallia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħa din il-pożizzjoni f’ittra li kiteb lill-Prim Ministru li fiha wieġeb għad-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jaħtar bord ta’ inkjesta b’rabta mal-każ tal-Ministru Manwel Mallia, li fih ix-xufier tiegħu spara lejn karrozza ta’ ċittadin Skoċċiż.

Fl-ittra tiegħu Simon Busuttil qal li l-pożizzjoni tal-Ministru Mallia m’għadhiex iktar tenibbli u l-Prim Ministru missu diġa’ ħa azzjoni kontrih. Dan għaliex hu evidenti li saru manuvri biex tinħeba l-verita’ dwar l-isparatura u ghaliex m  jistax ikun accettat li xufier ta’ ministru jispara fuq vettura b’persuna fiha minħabba sempliċi ħabta mingħajr ħadd ma jerfa’ r-repsonsabbilta.

Hu xokkanti kif erbat jiem wara l-ispartura, ix-xuifer tal-Ministru Mallia għadu jiġri barra u għadu ma tressaqx il-qorti qisu ma ġara xejn.

Dwar il-bord ta’ inkjesta, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan hu inutli għaliex dan il-bord ma jista qatt jagħmel xogħol il-Prim Ministru, cioe li jara li l-Ministru jerfa’ r-responsabbilta politika għal dak li seħħ u għalhekk jitneħħa. Simon Busutil qal li l-Prim Ministru m’għandu bżonn l-ebda inkejsta biex jagħmel dan għaliex dan hu xogħlu.

ittra simon busuttil kaz manwel mallia sparatura