It-tim mediku li kien ‘on standby’ matul il-Malta Eurovision ingħata sorpriża ħelwa hekk kif kellhom l-opportunita’ li għal ftit ħin jiltaqgħu mal-popolari Conchita Wurst.
Conchita, rebbieħa tal-edizzjoni tal-Eurovisin Song Contest 2014, stabilixxiet ruħha bħala ċelebrita’ fuq il-palk internazzjonali tal-mużika u l-ispettaklu wara l-wirja li tat fil-Eurovision 2014 bil-kanzunetta rebbieħa ‘Rise like a Phoenix’.
M’għandiex xi ngħidu, żgur li t-tobba u l-infermiera Maltin ‘on standby’ matul il-Eurovision ħadu pjaċir b’din il-laqgħa ma’ Conchita. Kellhom ukoll l-opportunita’ li jieħdu ritratt tal-okkażjoni.
Bix-xieraq, għax-xogħol kollu li jagħmel l-istaff mediku f’avvenimenti bħal dawn.
//= $special ?>