Kull sforz li sar mill-Ażerbajġan biex jiddiversifika l-ekonomija tiegħu mid-dipendenza miż-żejt u mill-gass, qed jisfuma fix-xejn hekk kif il-Fond Monetarju Internazzjonali saħaq biex l-Ażerbajġan jiġġieled aktar kontra l-korruzzjoni sabiex isaħħaħ il-klima tan-negozju.
L-Ażerbajġan, eksrepubblika Sovjetika u pajjiż li għandu popolazzjoni b’maġġoranza Musulmana, ipprova jnaqqas id-dipendenza mill-enerġija hekk kif il-produzzjoni taż-żejt eskalat, u uża d-dħul mill-fuel sabiex iqajjem setturi oħrajn fl-ekonomija, bħall-industrija u l-agrikultura.