Is-Sibt waranofsinhar membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw żewġt irġiel Maltin. Wieħed ta` 32 sena minn Ħal-Taxien u l-ieħor ta` 31 sena minn Raħal Ġdid, hekk kif dawn ħarġu minn ġewwa garage f`Ħal-Tarxien.
L-Iskwadra ta’ Kontra d-Dorga kienet ilha tagħmel l-osservazzjonijiet u l-investigazzjonijiet tagħha.
Minn tfittxija li għamlet il-Pulizija ġewwa l-vettura ta’ wieħed mill-irġiel, il-Pulizija sabet u elevat basket li kien fih żewġ pakketti, li flimkien jammontaw għal madwar 2kg sustanza, suspettata li hija reżina tal-Cannabis.
Il-Maġistrat tal-Għassa M.A Farrugia ġiet infurmatha bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Dawn il-persuni qed jinżammu arrestati, sabiex jassistu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>