Matul din is-sena l-Gvern diġà impjega 99 infermiera barranin. L-ammonti ta’ infermieri barranin li kienu impjegati hu ħafna aktar mis-snin preċedenti.
Is-sena li għaddiet kienu impjegati 13-il infermiera barranin; 60 fl-2012; 53 fl-2011; u 11 fl-2010.
Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, ma tax fil-Parlament l-informazzjoni kollha mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa, li staqsa wkoll lill-Ministru Mizzi jagħti n-nazzjonalitajiet tal-infermiera.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal biss kemm kienu l-infermiera barranin impjegati għal kull sena, iżda ma tax in-nazzjonalità tagħhom.
//= $special ?>