Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u lbieraħ, persuni mhux magħrufa ppruvaw iwettqu serqa fuq l-uffiċċju tal-EuroTours fi Blata l-Bajda. Jidher li l-każ seħħ ftit qabel is-1 a.m. minn żewġ persuni li ppruvaw jidħlu fl-uffiċċji.
Filmati tas-sigurtà juru lil wieħed mill-persuni jipprova jiżgassa l-bieb prinċipali tal-uffiċċji tal-EuroTours, iżda dan ma kienx possibbli għax wara l-bieb ta’ barra hemm shutter. Għal diversi mumenti, il-persuna tidher tidħol tistaħba f’daħla tal-binja għax beda jinnota xi vetturi għaddejjin mit-triq.
Madankollu, il-persuna tidher li ma qatgħetx qalbha u talbet ukoll l-assistenza ta’ persuna oħra. Wara aktar minn kwarta jissiltu biex jidħlu fl-uffiċċji tal-EuroTours, iż-żewġ persuni jidher li qatgħu qalbhom u telqu mill-post b’idejhom vojta.
Hekk kif mal-ftuħ tal-uffiċċji, dalgħodu, instab li l-bieb tal-uffiċċji ġie żgassat, sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija fil-Ħamrun. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
L-uffiċċji tal-EuroTours imissu mal-bini tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>