Id-divorzju jista’ jwassal lil tfal ta’ koppji separati biex jiksbu riżultati ħżiena u jirrikorru għad-droga sabiex itaffu l-inkwiet tagħhom.
Studju partikulari sab li kważi żewġ terzi tat-tfal, li l-ġenituri tagħhom iddivorzjaw, qalu li l-firda affettwat ir-riżultati tal-GCSE’s tagħhom, filwaqt li wieħed minn tmienja dar għad-droga jew l-alkoħol.
Il-weġgħa li jaraw lill-ġenituri jinfirdu wkoll wasslet lil wieħed minn kull tlett it-tfal biex jesperjenza problemi fl-ikel.
L-istudju ta’ 500 tifel u tifla u żgħażagħ bejn l-14 u t-22 sena kien kummissjonat minn Resolution, l-assoċjazzjoni ta’ 6,500 membru ta’ avukati tal-familja fl-Ingilterra u f’Wales.
Fir-Renju Unit, madwar 100,000 persuna taħt is-16-il sena jesperjenzaw id-divorzju tal-ġenituri tagħhom, kull sena.
//= $special ?>