Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 24 ta’ Novembru.
IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ Manwel Mallia u jirrapporta kif ix-xufier tal-Ministru ġie imġiegħel jigdeb li spara fl-arja. F’rapport ieħor naqraw illi illejla Simon Busuttil iwieġeb għall-Baġit. Naqraw ukoll kif is-Sindku ta’ Ħal Għaxaq wettaq xogħol mingħajr sejħa għall-offerti.
Rapport f’THE MALTA INDEPENDENT jikkonferma li l-Air Malta se ddum sa Marzu mingħajr Chief Commercial Officer u Chief Financial Officer.
THE TIMES OF MALTA tagħti dettalji dwar l-ittri li għaddew bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni rigward il-każ Manwel Mallia. Simon Busuttil jinsisti li Muscat għandu jagħmel xogħolu ta’ Prim Ministru u jneħħi lil Mallia immedjatament.
L-ORIZZONT b’ritratt tal-Fun Run tal-President li saret ilbieraħ.
//= $special ?>