Lokali

Il-Ministru George Vella ma jiddefendix lill-Ministru Manwel Mallia

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġorġ Vella għażel li jaħsel idejh mill-Każ Manwel Mallia. Meta mistoqsi minn MaltaRightNow.com x’jaħseb dwar il-pożizzjoni tal-kollega tiegħu, qal li “ma naħsibx li din hi materja li għandi nidħol fiha jien”.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li kien qed jagħti dalgħodu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, MaltaRightNow.com staqsa lil Ġorġ Vella għall-kummenti tiegħu dwar il-każ ta’ Manwel Mallia. Madankollu, hu pprefera li jaħsel idejh u ma jidħolx fil-kwistjoni biex la jinten u lanqas ifuħ fil-kwistjoni taħraq ta’ cover-up f’reat daqstant gravi.

Ripetutament, il-Ministru Vella qal li ma jaħsibx li kellu jidħol fil-kwistjoni.