Ekonomija Internazzjonali

Il-prezz taż-żejt jista’ jinżel sa $60 il-barmil

Il-prezz taż-żejt jista’ jinżel sa $60 il-barmil jekk l-OPEC ma taqbilx ma’ tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni. Rappreżentanti minn din l-organizzazzjoni se jiltaqgħu fi Vjenna din il-ġimgħa biex jiddiskutu l-prezz taż-żejt.
Il-prezz taż-żejt ilu nieżel mis-sajf minħabba provvista abbundanti – parzjalment minħabba x-shale oil tal-Istati Uniti – u talba batuta partikularment fl-Ewropa u fl-Asja.
B’riżultat ta’ dan, xi investituri jemmnu li tnaqqis żgħir – ta’ madwar 500,000 barmil kuljum – ma jkunx biżżejjed biex jikkalmaw is-swieq.
Doug King, uffiċjal prinċipali dwar l-investiment ta’ RCMA Capital, qed jara li ż-żejt Brent se jonqos għal $70, anki bi tnaqqis ta’ miljun barmil kuljum.Hu stqarr li jekk l-OPEC tonqos milli taqbel fuq tnaqqis, il-prezzijiet se jkomplu jonqsu iżjed u malajr, biż-żejt mhux raffinat Amerikan iġib il-prezz ta’ $60.