Baġit 2015 Ekonomija Lokali

Il-verità tirbaħ fuq il-gideb – Simon Busuttil

Illejla l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil wieġeb għall-Baġit li ppreżenta l-Gvern u fisser li dan hu cover-up ta’ Gvern li jiddelitta bil-cover-ups u bil-bluff. Il-Baġit hu cover-up ghax jgħatti t-taxxi u ma jqassamx il-ġid b’mod ġust.

Simon Busuttil qal li n-nies qed jibdew jindunaw li l-maskra tal-Prim Ministru bdiet taqa’ u l-kredibbiltà ħadet tisbita għax in-nies bdiet tinduna li qed imexxi Gvern mibni fuq gidba. L-arma kontra din il-politika, qal Simon Busuttil, hi l-verità li tista tirbaħ kontra l-gideb.

Segwi l-punti ewlenin tad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-filmat.