Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil illejla se jwieġeb għad-Diskors tal-Baġit li ppreżenta l-Gvern Laburista l-ġimgħa li għaddiet.
Id-Diskors ta’ Simon Busuttil se jixxandar LIVE fuq MaltaRightNow.com, NET Television u Radio 101. Minn MaltaRightNow.com, wieħed se jkun jista’ jsegwi x-xandira DIRETTA ta’ NET Television, li tibda mis-6.30pm. Barra minhekk, se jkun hemm ukoll aġġornamenti DIRETTI mill-Parlament b’feeds minn Twitter tal-punti ewlenin tad-Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Min-naħa l-oħra, NET Television se jippreżenta edizzjoni speċjali tal-programm NewsFeed. Radio 101 se jippreżenta edizzjoni speċjali tal-programm NewsDesk, ippreżentata minn Jerome Caruana Cilia u Karl Gouder.
Matul iż-żewġ programmi, se jixxandar LIVE id-Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u wara tibqa’ għaddejja diskussjoni dwar dak li jkun ħareġ mid-Diskors. Fil-programmi wkoll, tixxandar LIVE il-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Sadanittant, minbarra l-Baġit, id-Diskors ta’ Simon Busuttil mistenni jkun dominat ukoll mis-sitwazzjoni politika preżenti. Dan hekk kif il-Baġit 2015 ġie f’mument fejn il-Gvern qed ikun ikkritikat bil-qawwi fl-opinjoni publika dwar l-inċident li fih ix-xufier tal-Minstru Manwel Mallia spara żewġ tiri lejn ċittadin Skoċċiż wara inċident tat-traffiku.
//= $special ?>