Tabib Taljan spiċċa infettat bil-marda Ebola waqt xogħol fi Sierra Leone u fis-sigħat li ġejjin għandu jitwassal lura pajjiżu bl-ajruplan.
Mifhum li dan hu l-ewwel każ fejn Taljan marad bl-Ebola, bil-Ministeru tas-Saħħa Taljan jistqarr li t-tabib għandu jasal lura l-Italja il-lejla jew għada.
Ladarba jasal pajjiżu, it-tabib inkwistjoni għandu jinżamm fl-istitut nazzjonali Lazzaro Spallanzani, li jieħu ħsieb il-każi tal-mard jittieħed.
//= $special ?>