Il-pulizija f’Palermo qed jagħmlu tfittxija kbira għall-omm ta’ tarbija tat-twelid li nstabet fi skipp.
It-tarbija mietet ftit wara li twasslet l-isptar. Hi nstabet fi skipp f’Via Di Giorgi, f’Palermo, wara li xi nies semgħuha tibki. It-tarbija kienet għadha bil-kurdun imqabbad magħha. L-isforzi biex isalvawlha ħajjitha ma rnexxewx.