Il-Pulizija ġiet mitluba tassisti fi ġlieda li seħħet ftit tal-minuti ilu fil-Gżira. Rapporti qed jgħidu li mhux eskluż li fil-ġlieda, li seħħet fi Triq Nicolas Cottoner, hemm involut Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, li l-Erbgħa li għadda spara fuq vettura privata fil-Gżira stess.
Ir-rapporti qed jgħidu li mara residenti f’dik it-triq talbet ukoll l-assistenza ta’ Ambulanza.
Meta MaltaRightNow.com ipprova jitlob l-informazzjoni tal-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Pulizija, l-unika tweġiba li ngħata kienet biex nibgħatu email bil-mistoqsijiet.
//= $special ?>