Internazzjonali Kurżitajiet

Schwarzenegger u Stallone: Minn rivali għal ħbieb

L-attur veteran tal-films tal-azzjoni, Arnold Schwarzenegger, ammetta li kien hemm żmien meta ‘tant kien jobgħod’ lill-attur rivali Sylvester Stallone li ħalef li ‘jeqridlu’ l-appell mill-aspett kummerċjali ta’ Hollywood.

Schwarzenegger, imwieled l-Awstrija u li serva bħala Gvernatur ta’ California mill-2003 sal-2011, ma kienx jista’ għal Stallone meta l-films ta’ Rambo kisbulu daqstant suċċess fil-box-office u meta kien jemmen li ‘Stallone daħallu fl-għalqa’.

Fil-fatt, il-pika bejn dawn l-atturi assumiet livell ta’ ‘gwerra’ li damet għal għaxar snin, iżda llum Schwarzenegger jammetti li japprezza lil Stallone bħala ħabib. Illum, Stallone u Schwarzenegger — li ħadmu flimkien fil-film ‘The Expendables’ — huma anki sieħba f’numru ta’ proġetti kummerċjali.