Internazzjonali

Turist Russu arrestat talli vvandalizza l-Kolossew

Turist Russu ġie mmultat €20,000 talli naqqax l-ittra ‘K’ fuq il-ħajt tal-Kolossew. Fl-aħħar att ta’ vandaliżmu minn turisti fuq l-istruttura antika, it-turist ta’ 42 sena inqabad minn għassies hekk kif kien qed juża ġebla, b’tarf li jaqta’, sabiex inaqqax l-ittra twila xi għaxar pulzieri.

L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA qalet li r-raġel, li ismu ma ssemmiex, ingħata ċitazzjoni u sentenza sospiża ta’ erba’ xhur ħabs.

Mariarosaria Barbera, il-kap tal-amministrazzjoni tal-Kolossew, kienet rappurtata li qalet li r-raġel kien “ħoloq danni sinifikanti” u “għarraq parti li tgħatti l-amfiteatru”.

Mexxejja ta’ unions, filwaqt li rreferew atti riċenti ta’ vandaliżmu, ilmentaw dwar in-nuqqas ta’ għassiesa biex iħarsu, b’mod adekwat, it-teżori arkejoloġiċi – b’żieda dejjem tikber ta’ viżitaturi li jridu jħallu l-marka tagħhom fuq l-antikita’, b’riżultat li iħallu danni kbar.