Internazzjonali

Belt Franċiża twaqqaf ir-reklami fit-toroq

Is-Sindku ta’ Grenoble qal fi stqarrija li l-muniċipalita’ għażlet li teħles l-ispazju pubbliku fi Grenoble mir-reklami sabiex tiżviluppa zoni għal espressjoni pubblika.

Il-kuntratt għar-reklamar pubbliku fi Grenoble se jitħassar u wħud mit-326 sinjal ta’ reklamar, fosthom 64 billboard, se jitneħħew minn Jannar sa April tas-sena d-dieħla.

Hu rapportat li l-belt qalgħet €600,000 fis-sena billi bigħet spazju għar-reklamar, iżda ċ-ċifra se taqa’ sa €150,000 is-sena d-dieħla b’riżultat ta’ tnaqqis fir-rati tar-reklamar.

Sadattant, Lucille Lheureux, deputat responsabbli minn spazji pubbliku għal Grenoble innotat li gruppi lokali kulturali u soċjali se jkunu offruti spazju b’xejn għar-reklamar sabiex ipoġġu sinjali żgħar immirati “mhux biss għas-sewwieqa, imma wkoll għal min ikun miexi fit-triq.”