Deffiena fil-belt ta’ Kenema fi Sierra Leone difnu l-katavri fil-pubbliku bi protesta talli ma tħallsux ħlasijiet biex qandlu vittmi mill-marda qerrieda tal-Ebola.
Il-ħaddiema, li marru fuq strajk dwar din il-kwistjoni, ħallew 15-il katavru abbandunat fl-isptar prinċipali tal-belt.
Kien rappurtat li wieħed mill-katavri tħalla ħdejn l-ufficcju tal-manager tal-isptar u tnejn oħra quddiem id-daħla tal-isptar.
Sierra Leone hu wieħed mill-aktar pajjiżi milquta mill-marda tal-Ebola, b’aktar minn 1,200 mewta.
//= $special ?>