L-importanza tal-ambjent kif ukoll l-elementi oħra li jdawru l-kwistjoni dwar il-possibbilta’ ta’ pont jew mina bejn Malta u Għawdex kienu trattati fid-diskors tal-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista (PN) Simon Busuttil fil-Parlament dwar il-baġit.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni kkritika l-proposta tal-pont bil-mod kif kien ippreżentat.
Filwaqt li kkritika l-mod kif fl-aħħar baġit il-gvern ma semma l-ebda proġett ġdid għal Għawdex, il-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil qal li l-Gvern warrab l-idea ta’ servizz ta’ fast ferry bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir u qed jikkunsidra pont jew mina bejn Malta u Għawdex.
Fuq kollox dan qed isir permezz ta’ studju minn kumpanija Ċiniża li hi blacklisted. Il-proposti ta’ din il-kumpanija Ċiniża lill-gvern hi li tibni l-pont li se jiswa biljun ewro u li jiġi jiswa iktar minn mina.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni qal li l-Oppozizzjoni hi favur link permanenti bejn Malta u Għawdex u kienet bdiet studju dwar il-possibbilta’ ta’ mina. Simon Busuttil sostna li l-Oppozizzjoni lesta tappoġġja pjani ghal-link b’mina bjen Malta u Ghadex jekk jirrizulta li dan hu vijabbli izda ma tappoggajx proposta ta’ pont li jaghmel sfregju ambjentali fil-Fliegu.
//= $special ?>