Għalliem Skoċċiż ħareġ bl-idea sublimi li taf twassal biex studenti jibdew jilagħbu Football Manager waqt il-lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fiżika.
Waqt laqgħa tal-Assoċjazzjoni Skoċċiża tal-Għalliema tal-PE, Len Almond propona li logħob bħal Football Manager u Just Dance għandhom jiddaħħlu parti mill-kurrikulu. Skont Almond, “dan huwa mod progrssiv ta’ kif isir it-tagħlim”.
Hu jemmen li studenti li jużaw regolarment Football Manager “ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-logħba tal-futbol”.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Iain Stanger qabel ma’ din l-idea, u sostna li anke logħob ieħor bħall-Wii Fit jista’ jgħin fl-edukazzjoni fiżika tat-tfal.
//= $special ?>