Għal darb’oħra, l-Għaqda Talent Dingli se jkun qed jorganizza Villaġġ tal-Milied fid-29 u fit-30 ta’ Novembru ġewwa Ħad-Dingli.
L-Għaqda Talent Dingli hija għaqda non-governattiva li l-għan tagħha huwa dak li tkattar il-kultura Maltija kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell nazzjonali. Din l-għaqda li twaqqfet uffiċjalment 23 sena ilu, taħdem bis-sħiħ biex dan jirnexxi.
Ħames snin ilu, l-Għaqda Talent Dingli bdiet taħdem billi organizzat Villaġġ tal- Milied; attivita’ mifruxa fuq jumejn. Attivita’ li kull ma jmur dejjem kompliet tikber u imfittxija min-nies. Din l-attivita’ marbuta mal-Milied tinkludi presepju ħaj, ‘Father Christmas’ jilqa’ l-ittri tat-tfal, bouncing castle, area għat-tfal, pony rides, diversi stands ibiegħu diversi prodotti artiġjanali, dekorazzjonijiet tal-Milied, kotba, ġugarelli, ħelu tradizzjonali tal-Milied u oħrajn.
Se jkun hemm ukoll varjeta ta’ muzika, kant u żfin, xow tal-karozzi u muturi kif ukoll sehem minn ħafna talent Malti.
Il-Ħadd filgħodu l-attivita’ tibda b’quddiesa fuq iz-zuntier u wara jkun hemm ‘Breakfast with Santa’.
//= $special ?>