Futbol Sport

Il-Brażil mal-Kolombja, u l-Arġentina mal-Urugwaj

Il-Brażil se jkun qed jiltaqa’ kontra l-kwarti finalisti tat-Tazza tad-Dinja l-Kolombja fil-Copa America tal-2015 wara li t-tnejn ittellgħu flimkien fil-fażi tal-gruppi.

Iż-żewġ timijiet se jkunu qed jikkompetu fi Grupp C flimkien mal-Peru u l-Veneżwela waqt li l-Arġentina, il-holders l-Urugwaj, il-Paragwaj u l-Ġamajka se jkunu fi Grupp B.

Grupp A se jkun jikkonsisti fl-organizzaturi ċ-Ċile, l-Messiku, l-Ekwador u l-Bolivja.
12-il tim se jkunu qed jikkompetu għat-titlu tal-Amerika t’Isfel bit-turnament jibda f’Santiago l-Ħamis 11 ta’ Ġunju.

Il-Brażil wasal sas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa 2-1 kontra l-Kolombja fis-sajf li għadda.
Il-partita tibqa’ magħrufa għall-injury serja li sofra l-poster tat-turnament, Neymar, u li permezz tagħha kien tilef is-semifinali kontra l-Ġermanja.

L-akkwist ta’ Barcelona Luis Suarez se jkun qed jitlef il-Copa America wara li kien sospiż għal disa’ partiti kompetitivi mal-Urugwaj talli gidem lit-Taljan Giorgio Chiellini waqt it-Tazza tad-Dinja.
Il-grupp tal-finalisti tat-Tazza tad-Dinja, l-Arġentina, se jkun qed jirriproduċu l-finali tal-2011 bejn l-Urugwaj u l-Paragwaj waqt li l-Ġamajka hu wieħed miż-żewġ timijiet mistiedna flimkien mal-Messiku.

Wara l-fażi tal-gruppi, l-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddu għall-kwarti tal-finali flimkien mal-aħjar żewġ timijiet minn tlieta fit-tielet post u imbagħad it-turnament jieħu forma ta’ knock-out sal-final tal-4 ta’ Lulju.

Interessanti l-fatt li ċ-Ċile qatt ma rebaħ il-kompetizzjoni u l-Arġentina ilhom ma jirbħu titlu maġġuri sa mill-Copa America tal-1993 waqt li l-Brażil iridu jpattu għall-umiljazzjoni fit-Tazza tad-Dinja.

Grupp A – Ċile, Messiku, Ekwador, Bolivja

Grupp B – Arġentina, Urugwaj, Paragwaj, Ġamajka

Grupp C – Brażil, Kolombja, Peru, Veneżwela