Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, il-25 ta’ Novembru.
Il-ġurnali kollha dalgħodu dominati mid-diskors importanti li għamel ilbieraħ fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. IN-NAZZJON jgħid li l-Prim Ministru tilef l-awtorita’ morali – Muscat akkużat li qed juża politika ta’ gideb, ħabi u cover-ups.
THE TIMES OF MALTA tgħid li Simon Busuttil qed jakkuża lill-Prim Ministru li huwa dgħajjef quddiem l-abbuż. “Tlift l-awtorita’ morali”, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li lbieraħ Simon Busuttil deher kunfidenti ħafna fid-diskors tiegħu u tikkwotah jgħid li dan hu Gvern mibni fuq gidba.
L-ORIZZONT l-uniku ġurnal li fil-faċċata jikkwota biss ir-reazzjoni tal-Prim Ministru għal dan id-diskors.
//= $special ?>