Internazzjonali Kurżitajiet

Il-kostum tal-iljun minn The Wizard of Oz jinbigħ f’irkant għal $3 miljun

Il-kostum ta’ ‘The Cowardly Lion’ mill-film klassiku tal-1939, ‘The Wizard of Oz’, inbiegħ għal aktar minn $3 miljun fi rkant li sar fi New York.

Il-libsa famuża marret għall-prezz ta’ $3.07 miljun fid-dar tal-irkanti Bonham’s għal memorabilja ta’ Hollywood nhar it-Tnejn.

Il-kostum ġie awtentikat għal dak li l-attur Bert Lahr libes f’ħafna xeni fil-film. Il-wiċċ hu tixbiha skolpita tal-attur. Il-kostum kien sar mill-pil reali ta’ ljun.