Internazzjonali

Jinħelsu tmien ostaġġi fil-Jemen

Grupp ta’ seba’ ċittadini mill-Jemen u espert militari Amerikan, li kienu nħatfu bħala ostaġġi minn grupp assoċjat mal-al-Qaeda, inħelsu minn Forzi Speċjali tal-Jemen. It-tmien persuni kienu nħatfu fil-provinċja ta’ Lahij, fin-Nofsinhar tal-Jemen.

Seba’ militanti nqatlu f’dan l-attakk li sar matul il-lejl li għadda. Kelliem għall-Gvern tal-Jemen qal li l-Amerikan li nħeles kien instructor militari li ħadem fil-bażi tal-ajru al-Anad fil-provinċja ta’ Lahij, madwar 60 kilometru fit-Tramuntana tal-port ta’ Aden.

L-istess kelliem qal li l-missjoni ta’ salvataġġ seħħet qrib il-bażi u mhux ċar meta t-tmien persuni kienu nħatfu bħala ostaġġi.