L-Għaqdiet Ambjentali u ta’ konvservazzjoni tal-wirt storiku Flimkien għal Ambjent Aħjar u Din l-Art Ħelwa isemmgħu leħinhom dwar il-proposta ta’ pont bejn Malta u Għawdex u jikkritikaw diversi aspetti tagħha.
Fl-isfond tal-investiment meħtieg biex isir il-pont bejn Malta u Għawdex, l-Għaqda Ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar’ irrikonoxxiet il-ħtieġa ta’ iktar aċċessibbilta’ għall-Għawdxin iżda sostniet li l-pont mhux se jsolvi l-problemi kollha tal-Għawdxin.
Għalhekk Flimkien għal Ambjent Aħjar temmen li biex jinħolqu impjiegi kreattivi u ta’ kwalita’ f’Għawdex għandu jkun imtejjeb it-trasport bil-baħar, it-toroq u t-trasport pubbliku.
Flimkien għal Ambjent Aħjar ikkritikat ukoll il-fatt li fil-baġit għas-sena 2015 ma kienx hemm investiment għal servizz iktar mgħaġġel bejn l-Imġarr Għawdex u l-Belt u n-naħa t’isfel ta’ Malta.
Fil-pozizzjoni tagħhom ‘Flimkien għal Hajja Aħjar’ qalu li l-inkonvjenza biex in-nies jaqsmsu bejn Malta u Għawdex ma jiġġustifikawx il-bini ta’ pont li se jiswa iktar minn biljun ewro waqt li iktar minn miljun ieħor ikunu meħtiega kull sena biex il-pont jinżamm f’kundizzjoni tajba.
Problemi oħra indikati minn ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ jekk isir il-pont huma ż-żieda ta’ traffiku u tniġġiz f’Għawdex, l-effetti fuq is-saħħa tal-Għawdxin, iż-żieda fil-bini, it-telfiet tal-karatterstiċi uniċi Għawdxin u l-possibbilta’ li jonqsu l-persuni li jridu jmorru Għawdex għal ftit jiem ta’ mistrieħ.
‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ sostniet li l-pont se jkollu impatt viżwali negattiv fuq Il-Fliegu u nsistiet li dan il-proġett m’għandux ikun deċiz permezz ta’ referendum fost l-Għawdxin iżda skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u wara konusltazzjoni pubblika wiesa’.
Il-pont bejn Malta u Għawdex kien ukoll is-suġġett ta’ stqarrija minn Din l-Art ħelwa li qalet li l-informazzjoni dwar il-pont ma kinitx trattata bi trasparenza. F’Awwissu li għadda Din l-Art Helwa appellat lill-Gvern biex jaghmel pubbliku l-istudju ta’ vijabbilta dwar il-pont, izda dan ma sarx.
Il-pont bejn Malta u Ghawdex kien ukoll is-suġġett ta’ stqarrija minn ‘Din l-Art Ħelwa’ li qalet li l-informazzjoni dwar il-pont ma kinitx trattata bi trasparenza. F’Awwissu li għadda Din l-Art Ħelwa appellat lll-Gvern biex jagħmel pubbliku l-istudju ta’ vijabbilta dwar il-pont iżda dan ma sarx.
//= $special ?>