Lokali

Aġġornata: L-Oppożizzjoni se tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-Ministru Mallia

Ladarba l-Prim Ministru wera li mhux kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà politika u jieħu deċiżjoni dwar il-każ tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, se tkun l-Oppożizzjoni li tagħmel dak li hemm bżonn u se tippreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru.

Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f’kummenti li għamel lill-media fi tmiem id-diskors tal-Prim Ministru lbieraħ. Il-Prim Ministru kien qed iwieġeb għad-diskors li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel nhar it-Tnejn dwar il-Baġit għas-sena li ġejja.

Simon Busuttil qal li fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru ma wieġeb xejn dwar il-gwida morali tiegħu. Ma ddefenda lil ħadd fuq dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar membri tal-Gvrn għaliex jaf li għandha raġun fuq dak li hu qal. Ma semma xejn dwar Luciano Busuttil, dwar Helena Dalli u dwar Owen Bonnici. Lanqas dwar dak li ntqal fil-konfront ta’ Konrad Mizzi, Joe Mizzi u Chris Cardona. Il-Prim Ministru iddefenda bis-saħħa  Manwel Mallia, jiġifieri l-aktar ministru li għalih in-nies huma ddisgutati.

Dan ifisser li l-Prim Ministru hu kompliċi ma’ Manwel Mallia fuq l-abbużi li twettqu, qal Simon Busuttil.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru semma biss li se ssir inkjesta li m’hi se twieġeb qatt għal dak li jridu jkunu jafu n-nies, jiġifieri dwar ir-responsabbiltà politika.

“Min hu l-Prim Ministru vera ?” staqsa Simon Busuttil.  “Joseph Muscat jew Joseph Muscat hu ostaġġ f’idejn il-Ministru Mallia. F’każ ovvju fejn għandu jerfa’ r-repsonabbilta politika, Manwel Mallia qed jgħaddiha lixxa.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ladarba l-Prim Ministru hu daqstant dgħajjef se tkun l-Oppożizzjoni li tagħmel il-pass li jmiss u se tipprezżemnta mozzjoni ta’ sfiduċja kontra Manwel Mallia.
L-Oppożizzjoni se tieħu azzjoni dwar l-aġir skandaluż li seħħ il-ġimgħa li għaddiet.  Fejn wara ġimgħa għad ma ttieħed l-ebda pass kontra min spara. “Dan ma jkabbarx is-suspett li hemm cover up ?”

Stqarrija li taħbi dak li verament seħħ. Il-karozza li sparaw fuqha tneħħiet minn posta qabel l-inkjesta. Il-karozza tal-Ministru tinħasel qabel isiru l-investigazzjonijiet fuqha. Dawn huma affarijeit li qed isiru minn Ministru li suppost jara li dawn l-affarijiet ma jsirux. Il-Ministru ma jixraqlux jibqa’ ministru responsabbli minn dawn l-affarijiet.

Simon Busuttil tkellem ukoll dwar in-nuqqas tal-Prim Ministru li jieħu azzjoni fil-kofnront ta’ Luciano Busuttil u Helena Dalli. Hu qal li jekk verament għandu awtorità morali, il-Prim Ministru messu ħa azzjoni. Il-Prim Minsitru wera kemm hu dgħajjef fuq l-abbuż tal-poter. Għandu l-awtorita politika iżda tilef l-awtorità morali tiegħu.

Simon Busuttil tkellem ukoll dwar passi li ttieħdu fil-passat kontra l-abbuż minn benefiċċji soċjali u qal li l-mod kif aġixxa l-Prim Ministru tefa’ lil kulħadd f’keffa waħda u b’hekk żieda l-sitgma fuq min forsi verament għandu bżonn l-għajnuna.

Simon Busuttil ikkummenta wkoll dwar il-fatt li l-avukat li se jiddefendi lix-xufier tal-Ministru Mallia ġej mill-isrtess uffiċċju tal-avukati tal-Ministru. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li di hi tgħaffiġa waħda. L-atteġġjament tal-Ministru Manwel Mallia juri li l-Gcvern ma jafx jistħi. “L-Oppożizzjoni tippretendi li xi ħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika. Hemm persuna waħda li tista’ terfa’ r-responsabbilta. Dan hu l-Prim Ministru,  iżda l-Prim Ministru qed jibża’”.

Dwar żieda tal-eks ministri ġew ritornati kollha skont l-istqarrija uffiċjali tal-Gvern li kienet saret dakinhar.

Għall-ritika tal-istatistika, Simon Busuttil qal li kull ċifra li kkwota hu sostnih bi statistika uffiċjali li turi li d-dejn minn Marzu 2013 sal-aġġar ta’ Ġunju din is-sena żdied bl-ogħla rata minn mindu Malta daħlet fl-UE.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru naqas li jsemmi fid-diskors tiegħu dak li kien il-qofol tal-kampanja tiegħu, jiġifieri l-bini tal-power station u qal biss li se jkun il-Ministru li jħabbar id-dati meta din se ssir.

Id-diskors tal-Prim Ministru kien teatrin b’diskors fuq id-difensiva. Jaf li l-kredibbiltà tiegħu ħadet tisbita kbira u qegħda in free fall.

Simon Busuttil qal li meta wieħed jgħasar id-diskors tal-Prim Ministru jsib li ma wieġeb xejn minn dak li kienu qed jistennew in-nies. Ma jwieġeb xejn dwar l-ekonomija x’direzzjoni se tkun qed tieħu u ma wieġeb xejn dwar l-imġieba skandaluħa tal-membri tal-Gvern jew dwar x’se jagħmel il-Prim Ministru. Fuq l-ekonomija, il-Prim Ministru ma semmiex lanqas settur wieħed ġdid li l-Gvern irid imexxi l-pajjiż fih.

Fuq l-aspett soċjali l-Prim Ministru ma tax sodifazzjoni biżżejjed lin-nies li l-aktar se jintlaqtu. In-nies li jrabbu familja, l-istudenti li kulma se jieħdu hu żewġ ċenteżmi kuljum, Il-Prim Ministru ma semmiex lill-anzjani u ma semmiex l-istudju tal-CARITAS li xirja ta’ anzjani llum tiswa 81 ewro, li jfisser 31 ewro aktar milli kienet sentejn ilu.