Il-maskots għal-logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-2016 f’Rio fil-Brażil, kienu żvelati u huma inspirati mill-annimali u l-pjanti fil-Brażil.
Il-maskot l-isfar Olimpiku jirrappreżenta l-annimali fil-Brażil waqt li l-maskot blue paralimpiku hu ‘taħlita ta’ pjanti misjuba fil-foresti tal-Brażil’. Issa għandha ssir votazzjoni biex jingħataw isem, u li jitħabbru fl-14 ta’ Diċembru.
L-ismijiet li minnhom iridu jiġu magħżula huma Oba u Eba, Tiba Tuque u Esquindim jew Vinicius u Tom.
Waqt li ddeskira l-maskot Olimpiku, il-Kumitat Organizzattiv qal li dawn il-maskots jikkombinaw flimkien “l-aġilità tal-qattus, il-bilanċ tax-xadini u s-sbuħija tal-għasafar,” u li jista’ jġebbed saqajh u jdejh kemm irid.
Dwar il-maskot Paralimpiku intqal li dan “qed jieħu l-enerġija mill-fotosintesi (bħall-pjanti) u jista’ jattira lejh kwalunkwe oġġett mir-ras tal-weraq li għandu,” waqt li fl-istess ħin dejjem qed jikber u jissupera l-ostakli.
//= $special ?>