Internazzjonali Kurżitajiet

Tinstab mannara ta’ żmien il-ħaġar b’manku tal-injam

Arkejologi fid-Danimarka kixfu skoperta inkredibbli: mannara ta’ żmien il-ħaġar li l-manku tagħha hu tal-injam.

Il-mannara Neolitika, li għandha 5,500 sena, instabet waqt studji arkejoloġiċi qabel proġett biex titħaffer mina b’investiment ta’ biljuni ta’ ewro.

Jidher li l-mannara nqabdet f’dak li eluf ta’ snin ilu kien qiegħ-il baħar, x’aktarx bħala parti minn offerta ritwali.

In-nuqqas ta’ ossiġnu fl-art tat-tafal għen biex il-manku tal-injam ġie ppriservat.

Is-sejba saret f’Rodbyhavn fil-gżira Daniża ta’ Lolland, li se tkun magħquda mal-gżira Ġermaniża ta’ Fehmarn permezz ta’ mina.