AĠĠORNATA (3)
Mara ittajret minn karozza ftit tal-ħin ilu ħdejn il-lights tal-bank HSBC f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ fi Triq San Pawl il-Baħar, ftit qabel nofsinhar.
Fil-post hemm membri tal-Pulizija, kif ukoll issejħet ambulanza.
Mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-vittma.
Skont nies li kienu fil-post fil-ħin tal-inċident, il-mara ittajret waqt li kienet qed taqsam minn fuq iz-zebra crossing. Dan jikkonfermawh ukoll numru ta’ ritratti li rċivejna.
Jidher li l-inċident ħoloq ukoll konġestjoni kbira ta’ traffiku fiċ-ċentru tal-lokal, bil-karozzi jiġu devjati lejn il-bypass.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>