Venezja assolutament m’għandha ebda pjan, li timmulta lit-turisti mijiet ta’ ewro, talli jġorru l-bagalji matul il-belt turistika popolari.
Vittorio Zappalorto, il-kummissarju speċjali ta’ Venezja, ħareġ stqarrija u xejjen rapporti tal-media Taljana u dik barranija li l-awtoritajiet tal-belt huma favur il-waqfien mill-ġarr ta’ bagalji bir-roti, u favur suġġerimenti li t-turisti jkunu mmultati bejn €100 u €500 talli jisfidaw il-liġi fiċ-ċentru storiku.
Rapporti qalu li ċ-ċittadini ta’ Venezja qed jiddejqu jibqgħu mqajma bil-lejl minħabba diversi turisti, li qed iġorru l-bagalji tul it-toroq dojoq tal-belt u fuq il-pontijiet famużi.
//= $special ?>