AĠĠORNATA (5)
Deċiżjoni minn Qorti fl-Istati Uniti wasslet għal irvellijiet vjolenti fil-belt ta’ Ferguson, f’Missouri – id-deċiżjoni kienet tgħid li Pulizija, Darren Wilson, mhux se jiffaċja akkużi dwar il-qtil taż-żagħżugħ iswed ta’ 18-il sena Michael Brown.
Dan ġab miegħu kaos fit-toroq ta’ Ferguson, u rabja kbira minn mijiet li niżlu fit-toroq. Sfortunatament, il-vjolenza tant eskalat li ġie rappurtat vandaliżmu bla rażan u anke serq minn ħwienet. Il-vjolenza infirxet f’diversi bliet Amerikani, u dan wassal biex Barack Obama jappella għall-kalma.
L-AĦĦAR ŻVILUPPI
Filmati LIVE fuq diversi networks internazzjonali qed juru binjiet pubbliċi li ingħataw in-nar mid-dimostranti. L-irvellijiet baqgħu għaddejin anke wara s-3am (ħin Amerikan).
Qed ikunu rappurtati protesti fost l-oħrajn f’California, New York u Washington. Barra l-bini tal-White House, folla kbira inġabret biex tipprotesta kontra din id-deċiżjoni tal-Qorti.
AKTAR KMIENI
F’Ferguson kien hemm rapporti ta’ sparaturi li nstemgħu f’diversi inħawi. Jidher li l-Pulizija użaw ukoll il-gass tad-dmugħ.
//= $special ?>


