Lokali Qorti

Aġġornata: Paul Sheehan akkużat b’attentat ta’ qtil – Jerġa’ jittieħed l-isptar wara uġiegħ f’sidru

Paul Sheehan, ta’ 40 sena residenti l-Gżira, illum tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Giovanni Grixti u fost l-ohrajn kien akkuzat bl-attentat ta’ qtil volontarju tal-Iskoċċiż Steven Morrison Smith, liema delitt ma sarx minħabba xi haġa aċċidentali. Hu kien akkużat ukoll li uża arma fil-pubbliku, kif ukoll li għamel ħsarat fil-karozza tal-Iskoċċiż.

Ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia tressaq il-Qorti mis-Supretendent Alessandra Mamo, mill-Ispettur Jesmond Micallef u mill-Ispettur Saviour Baldacchino. Paul Sheehan tressaq il-Qorti ġimgħa wara li allegatament spara fid-direzzjoni ta’ sewwieq ieħor fil-Gżira.

Fil-Qorti Pual Sheehan kien akkużat b’disa’ kapi ta’ akkuża, fosthom b’omiċidju volontarju, bi vjolenza fuq Stephen Smith, bi ħsara volonontarja, li ġarr arma mingħajr skop leġittimu, li spara f’post pubbliku, li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u li bħala Pulizija għamel reat meta kellu fid-dmir tiegħu li ma jagħmlux.

Għal dawn l-akkużi Paul Sheehan, difiż mill-Avukat Edward Gatt, wieġeb mhux ħati. Eventwalment id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba intraċċ ta’ provi u xhieda.

Fi tmiem is-seduta, Pual Sheehan mar f’waħda mill-irkejjen u nfaqa’ jibki… konsolat biss minn omm il-mara tiegħu li kienet preżenti fl-Awla. Kif kien se jittiehed il-Ħabs ta’ kordin, ix-xufier tal-Ministru qal li rega hass ugiegh f’sidru u ttiehed l-isptar Mater Dei.

Wara l-inċident ta’ nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra li fih spara numru ta’ tiri fuq il-karozza ta’ Smith – li aktar kmieni kien ħabat mal-karozza Ministerjali misjuqa minn Sheehan – l-istess Sheehan ġie sospiż minn xufier tal-Ministru Mallia, u anke mill-Korp tal-Pulizija.

S’issa la l-Prim Ministru u lanqas il-Ministru Mallia ma wieġbu għas-sejħa biex tintrefa’ r-responsabbiltà politika f’dan il-każ, tant li l-Oppożizzjoni ħabbret li se tressaq fil-Parlament mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Mallia.