Frankie Falzon ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ kien ikkundannat sentejn u ħames xhur ħabs u l-liċenzja tas-sewqan tiegħu skwalifikata għal perjodu ta’ ħames snin wara li nstab ħati li ta daqqa ta’ mus lil raġel, wara argument li qam bejniethom waqt li għaddejjin bil-karozzi tagħhom. Il-każ kien ġara fis-17 ta’ April tal-2011, għall-ħabta tad-8.45 p.m, fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ.
Fuq dan ir-reat propjament huwa weħel sentejn ħabs iżda kien kundannat ħames xhur oħra minħabba li kiser kundizzjoni tal-Qorti. Mill-provi rriżulta li ż-żewġ sewwieqa kienu qed isuqu f’direzzjoni opposta għal xulxin.
Fil-karozza ta’ Falzon kien hemm martu u t-tliet uliedu, filwaqt li fl-oħr kien hemm s-sewwieq ma’ martu. Peress li t-triq kienet dejqa ż-żewġ karozzio ma setgħux jgħaddu. Għal xi ħin, it-tnejn ma ċedewx lil xulxin u ħadd minnhom ma ried jirriversja. Bint l-imputat Frankie Falzon qaltlu biex jirriverjsa, u hekk għamel. Hekk kif il-karrozi ġew maġenb xulxin, sar xi diskors bejn iż-żewġ partijiet.
Ġara però li meta l-karozza tal-vittma, Philip Micallef kienet kawżi għaddiet il-karozza ta’ Falzon, l-istess vittma ħareġ mill-karozza. Dak il-ħin l-Falzon ħareġ mill-karozza tiegħu wkoll u ħa miegħu l-mus li kellu fil-karozza.
Malli l-Frankie Falzon u Philip Micallef ġew wiċċ imb wiċċ, Falzon ta daqqa ta’ mus lill-vittma. B’din id-daqqa l-mus ippenetra ż-żaqq. Hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post, instab ukoll li Falzon kellu riħa ta’ xorb u sarlu t-test ta’ “breathalyser”.
Il-Qotri preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke qalet li dwar il-piena hemm diversi fatturi li ghandhom jittieħdu in konsiderazzjoni. L-ewwel fattur huwa n-natura tar-reati li tagħhom huwa nstab ħati. Dawn huma reati gravissimi li seta’ kellhom konsegwenzi ferm aktar gravi minn dawk li fil-fatt kellhom, u li dawn seħħew f’perjodu ta’ liberta kondizzjonata.
Fattur importanti ieħor huwa l-problema li ghandu Falzon huwa ’l-abużż ta’l-akoħol. “Huwa ċar li l-egħruq tal-problemi li jaffaċjja minn żmien għal żmien mal-ġustizzja huma riżultat ta’l-effett tax-xorb eċċesiv. Huwa car ukoll li huwa għandu bżonn għajnuna professjonali biex ikun jista jegħleb dan il-vizzju.
“Pero huwa ċarissimu li huwa l-ewwel rrid jammetti li għandu problema u jaċċetta l-għajnuna. Servizzi disponibbli biex jgħinuh mhux biss hawn imma ingħatawlu fuq il-platt. Meta huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest tpoġġa taħt ordni proviżorja ta’ superviżjoni u anke ġie ordnat biex isegwi programm ta’ riabilitazzjoni. Pero Frankie Falzon mhux talli njora din l-ordni imma lanqas ma kkopera ma’l-uffiċjal tall-probation. Meta wieħed iqis il-kondotta tiegħu l-unika piena li tista’ tagħti hija dik ta’ priġunerija effettiv” qalet il-Qorti.
Mill-provi prodotti jirriżulta li l-imputat ma kellux permess maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija biex iżomm u jġorr dak il-mus. Ir-ritratti meħuda mill-esperti nominati fil-kors ta’l-inkjesta juru biċ-ċar li malli Micallef ghadda l-vettura ta’l-imputat dan seta’ jkompli jsuq u ma kellux għalfejn joħroġ mill-karozza tiegħu.
Ħareġ ukoll li Falzon ma kienx f’kundizzjoni li jsuq minħabba xorb u
sewqan meta kkonsma tant alkoħol li l-proporzjon tiegħu fin-nifs kien għola minn dak preskritt. Jirriżulta mill-istqarrija ta’ l-imputat li qabel ma saq huwa kien ħa erbgħa birra u xi tnejn vodka, pero jgħid li huwa normali għalih li jixrob u li jiflaħ għax-xorb u li għalhekk ma effettwax il-kapaċita tiegħu ta’ sewqan.
Mill-provi jirriżulta li meta sar il-“breathalyser” ġie stabbilit li li l-proporzjo ta’l-alkoħol fin-nifs tiegħu kien ta’ 45 mikrogrammi f’100 millimetru ta’ nifs. Il-limitu preskritt mil-Ligi huwa ta’35 mikrogrammi f’100 millimetru ta’ nifs. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Agius u Kylie Borg.
//= $special ?>
