Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, komplew ġejjien aktar gradwati ġodda, din id-darba kien imiss in-Nutara.
In-Nutara l-ġodda intlaqgħu mill-Kap tal-PN Simon Busuttil, mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u minn numru ta’ impjegati fid-daħla tad-Dar Ċentrali.
B’kollox, gradwaw 145 nutar.
Il-Perit għamel elf ħaġa,
imma l-indipendenza Nutar ġabha!
Wieħed mill-islogans li spikka fiċ-ċelebrazzjonijiet tan-nutara hu “Il-Perit għamel elf ħaġa, imma l-Indipendenza Nutar ġabha!” B’referenza għal Perit Mintoff u l-Eks Prim Ministru George Borg Olivier rispettivament.
Ilbieraħ filgħaxija, fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann bdew l-attivitajiet b’rabta mal-gradwazzjonijiet ta’ din is-sena tal-Università ta’ Malta. Hekk kif ilbieraħ saret l-ewwel Quddiesa ta’ Ringrazzjament, illejla tinżamm it-tieni Quddiesa għal grupp ieħor ta’ studenti li qed jiggradwaw.
Din is-sena qed jigradwaw 3,272 student, imqassma bejn 1,922 mara u 1,350 raġel.
//= $special ?>