Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 26 ta’ Novembru.

IN-NAZZJON fil-faċċata jgħid li l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Manwel Mallia. Tirrapporta wkoll li l-każ tal-Leisure Clothing kixef skandlu akbar ta’ sfruttament tal-ħaddiema, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat il-Gvern sejjaħ lura fil-Korp tal-Pulizija eks uffiċjal tal-SMU.

THE MALTA INDEPENDENT tagħti prominenza lill-mozzjoni li se tkun qed tressaq l-Oppożizzjoni, tikkwota wkoll lill-Prim Ministru illi lbieraħ qal li n-nollijiet tas-servizz tal-linja mhux se jiżdiedu.

L-ORIZZONT b’ritratt tal-Prim Ministru fil-Parlament jgħid li hu “ottimist għall-futur”.

THE TIMES tgħid li l-Prim Ministru fil-Parlament tkellem fil-qasir dwar il-każ Manwel Mallia, u sostna li hu “mhu se jipproteġi lil ħadd”. Fil-faċċata, rapport ieħor dwar talba għall-arrest ta’ mara Ġermaniza li ħatfet lil binha ta’ tliet snin f’pajjiżna stess.

MALTA TODAY tgħid li Joseph Muscat naqas milli jindirizza il-kontroversji politiċi li għaddejin bħalissa.