Lokali

AĠĠORNATA: Il-pitkala ma jafu xejn dwar il-laqgħa ta’ dalgħodu

Nhar it-Tnejn il-pitkala ġew infurmati li llum se ssir laqgħa urġenti għalihom, f’Santa Venera. Iżda jirriżulta li l-pitkala infushom ma jafu assulutament xejn dwar din il-laqgħa u għaliex issejħet ta’ malajr.

Fil-fatt, il-pitkala ġew avzati bil-laqgħa li se ssir għalihom jumejn ilu. Il-laqgħa bdiet fid-9am, u għaliha ġew imsejħa l-pitkala kollha. Sal-10:35am il-laqgħa kienet għadha għaddejja.

Fl-ittra jintqal li fil-laqgħa se jkellmuhom dwar “tibdiliet li se jiġu fis-seħħ fil-Pitkalija”, iżda ma ingħatawx aktar dettalji.

Numru ta’ pitkala li tkellmu ma’ In-Nazzjon qalulna li dwar il-laqgħa ta’ dalgħodu ma jafu xejn, u ma jafux lanqas x’se jgħidilhom is-Segretarjat għall-Biedja u s-Sajd.

L-ittra tgħid li l-attendenza tal-pitkala għal din il-laqgħa hija obligatorja. Min ma jistax jattendi dalgħodu ġie mitlub jibgħat rappreżentant.