“Unjoni li nħolqot fuq id-demokarzija u r-rispett lejn id-dinjita’ umana ma tistax tkompli tevita milli titfa ħarisitha fuq l-abbuż peristenti, li spiss ma jkunx rappurtat, ta’ vjolenza kontra n-nisa. Wara kull każ hemm persuna li qed tiġi vittimizzata. L-UE għanda tinvolvi l-partijiet interessati kollha sabiex tikkumbatti din il-kriminalita’, tipprovidi aċċess aktar faċilitat għall-ġustizzja u sapport aktar effiċjenti għall-vittmi”
Dan qalitu l-MEP Therese Comodini Cachia matul sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ġewwa Strasburgu li ddiskutiet ir-rwol ta’ l-UE fil-ġlieda kontra l-vjolenza kkaġunata fuq in-nisa fl-Ewropa.
L-iskala allarmanti tal-problema fl-UE tohrog minn figuri publikati mill-Aġenzija favur id-drittijiet Fundamentali permezz ta’ stħarriġ pubbliku. Hemm stima ta’ 13 –il miljun mara fl-UE li esperjenzat abbuż fiżiku u 3.7 miljun mara fl-UE li esperjenzat abbuz sesswali fil-kors ta’ tnax –il xahar qabel il-pubblikazzjoni ta’ l-istess stħarriġ.
Dan huwa indikazzjoni ċara li l-vjolenza kontra n-nisa fl-UE hija problema, ferita fis-socjeta Ewropea li tesponi ruħa f’forom differenti. L-UE għaldaqstant għandha taġixxi malajr sabiex tassigura li prattiċi bħal dawn kontra n-nisa fil-Membri Stati, bħal eżempju vjolenza domestika, traffikar ta’ nisa, stupru, u forom oħra ta’ abbuż psikoloġiku, emozzjonali u fiżiku, ma jibqgħux tollerati aktar u min jikkagunahom jiġi ġġustizzjat.
“Membri Stati u partijiet interessati jeħtieġ li jingħaqdu u jaġixxu fuq din il-vjolenza kontra n-nisa li madankollu mhix kwistjoni biss tan-nisa iżda problema soċjali li m’għandiex tkun tollerata aktar,” temmet tgħid Therese Comodini Cachia.
//= $special ?>