Banda mużikali f’belt Ingliża waqfet milli jsir kant ta’ innijiet tal-Milied fl-ispettaklu festiv tagħha għax “in-nies ma jridux iqumu bilwieqfa u jkantaw fil-pubbliku”.
Silent Night, Hark the Herald Angels u innijiet tradizzjonali tant maħbuba, tneħħew min-Northampton Concert Band għall-kunċert annwali tagħha.
F’mossa li se tkun interpretata bħala waħda ta’ dwejjaq minn ħafna, in-Northampton Concert Band neħħiet l-innijiet tradizzjonali mill-kunċert tagħha fil-Knisja tas-Santu Sepulkru li se jsir fi żmien tliet ġimgħat oħra. Dan “għax rispons minn avvenimenti li saru fil-passat wera li n-nies jiddejqu jkantaw fil-pubbliku”.
Il-banda, li ammettiet il-pass kuraġġuż tagħha, qalet li “issa se tagħmel wisa’ għal mużika popolari oħra sabiex tallegra lill-udjenza”.
//= $special ?>