Il-Parlament Ewropew ilu jipprova jibghat delegazzjoni tieghu biex izzur lil Leyla Yunus fil-habs fejn qed tinzamm arrestata minhabba l-hidma taghha favur id-drittijiet umani. Madankollu sa llum il-Gvern tal-pajjiz dejjem irrifjuta l-access ghal dan.
Sostna dan il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz fid-diskors tieghu qabel inghata l-premju Sakarov fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu.
Hu kkundanna dak li qed isehh fl-Azerbaijan u qal li din hi sitwazzjoni inaccettabbli.
“L-Ewropa qed tippermetti li jinħoloq dittatur ġdid” – Dinara Yunus
“L-Ewropa qed tippermeti li jizviluppa u jinholoq dittatur gdid, il-Prim Ministru ta’ pajjizi.” Kien dan il-messagg ta’ Dinara Yunus, li kemm ommha Leyla Yunus, kif ukoll missierha Arif, it-tnejn attivisti tad-drittijiet umani fl-Azerbajgan jinsabu arrestati u akkuzati li huma spiji ghall-Armenja kawza tal-hidma taghhom.
Waqt seminar organizzat fi Strasburgu, Dinara, li kienet wahda min-nominati ghas-Sakharov Prize, li din is-sena ntrebah mit-tabib mill-Congo Denis Mukwege, spjegat kif ommha u missierha ghaddejjin minn tbaghtija kbira imma dwar dan mhux tittiehed azzjoni konkreta mill-mexxejja internazzjonali.
Dinara spjegat kif ommha tbaghti mid-diabete, ghandha problemi bil-pressjoni fid-demm u mhux tinghata kura. Kompliet li minn 61 kilo, mindu giet arrestata ommha tilfet hafna piz u nizlet ghal piz ta’ 48 kilo. Qalet li kull ma jmur qed jikber ic-cans li titlef hajjitha.
Minn naha l-ohra spjegat kif missierha jinsab arrestat f’habs remot u l-informazzjoni dwar il-kundizzjoni tieghu hi limitata hafna. Indikat madankollu li mill-informazzjoni li ghandha hu qed jigi ttorturat bhal prigunieri ohra.
//= $special ?>