It-tabib mill-Congo Denis Mukwege, li matul hajtu kkura eluf ta’ nisa li gew stuprati u vjolentament sfruttati sesswalment bhala krimini tal-gwerra llum inghata l-Premju Sakharov bhala rikonoxximent tal-hidma tieghu.
Lura f’pajjizu, Kwenge u l-familja tieghu poggew f’riskju hajjtihom stess, bl-istess tabib ikun ukoll fil-mira ta’ attentat fuq hajtu.
Fid-diskors tieghu waqt l-ghoti tal-premju fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu, Denis Mukwege qal hekk: “Nixtieq li ma jkollix iktar ghalfejn nitkellem dwar kazi ta’ stupru imma kif nista’ meta lanqas ghajnejn kirurgu ma jistghu qatt jidraw dawn il-kazi minkejja li nara ghexieren kuljum.”
“Meta nara mara li giet stuprata,” kompla Mukwege, “fiha nara lil marti. Meta nara omm li giet stuprata, nara lil ommi, u meta nara tifla vittma ta’ stupru nara lil uliedi. Kif qatt nista’ nifhem kif uman jista’ jistupra tarbija ta’ sitt xhur u jikkawzalha danni irriversabbli fl-intern taghha?”
Intant qabel inghata dan il-premju, il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz fahhar lil Kwenge u ddeskrivieh bhala bniedem modest li ha hsieb mijiet ta’ nisa li ghaddew minn mizerja u ugiegh inspjegabbli.
Schulz irringrazzja lil Kwenge u wassal l-ammirazzjoni u r-rispett tal-kollegi tieghu fil-Parlament Ewropew ghaliex qal li dan it-tabib iddeciedi li ma jaghtix daru lit-tbaghtija ta’ dawn in-nisa.
“Int illum sirt ragel bla biza’ li bix-xoghol tieghek fejjaq u tajt tama gdida lil dawn in-nisa,” qal il-President Schulz.
Hu kkundanna kull att ta’ stupru u sahaq li l- impunita trid tieqaf. “Meta jkunu generali li jordnaw dan l-istupru tal-massa, din hi krimini tal-gwerra li trid tigi penalizzata,” kompla Schulz.
Hu appella lill gvernijiet, mhux biss tal-Congo, biex jiehdu responsabbilta’, jiehdu azzjoni kontra l-istupru u jwaqqfu l impunita’ lil min jaghmel dawn l-atti.
Iktar kmieni: “Matul hajti rajt gisem il-mara jinbidel f’kamp ta’ battalja, uzat biex jitwassal messagg, uzat bhala arma tal-gwerra. Nisa li gew stuprati fil-pubbliku, quddiem l-irgiel taghhom li ma setghu jaghmlu xejn biex jghinuhom.”
Qal dan it-tabib mill-Congo Denis Mukwege li ghal snin twal ilu jikkura tfajliet u nisa abbuzati sesswalment bhala arma tal-gwerra fil-Congo.
Ghal din il-hidma tieghu, it-tabib Mukwege llum se jinghata l-premju Sakharov fi Strasburgu; premju ghal-liberta’ tal-espressjoni li sena wara l-ohra jinghata lil persuni li jkunu ddistingwew ruhom ghax-xoghol taghhom.
Waqt laqgha mal-gurnalisti fi Strasburgu, u li ghaliha Maltarightnow kienet prezenti, Mukwege qal li l-fatt li l-Unjoni Ewropea ghazlet li taghtih dan il-premju hu sinjal li l-Unjoni Ewropea taghraf kemm l-abbuz sesswali fil-Congo hu problema kbira u li b’dan il-premju mhux biss qed tigi rikonoxxuta imma wkoll se tibda glieda internazzjonali biex din il-problema tigi meghluba.
“Din mhix biss problema tan-nisa,” sostna Mulwege. “Ahna l-irgiel irridu nsemmghu lehinna. Irridu nitkellmu u nishqu li din hi problema ta’ kulhadd. Irridu nuru li l-abbuz sesswali bhala arma tal-gwerra jhammeg l-image taghna bhala rgiel.”
It-tabib Mukwege ddedika hajtu ghall-kura ta’ nisa fir-Repubblika Demokratika tal-Congo li jkunu gew stuprati jew sfaw vittmi ta’ vjolenza sesswali f’dan il-pajjiz mifni mill-gwerra.
Il-hidma ta’ Mukwege qed taghti hajja u tama gdida lil numru ta’ tfajliet u nisa f’dan il-pajjiz Afrikan. Fost l-ohrajn Mukwege, li jahdem mat-18-il siegha kuljum ghaliex hu l-uniku tabib li jaghmel dan ix-xoghol fiz-zona, iltaqa’ ma’ kazi ta’ tfajliet ta’ 13-il sena li gew stuprati sahansitra minn gruppi ta’ 15-il persuna jew iktar.
Mukwege twieled fl-1955 u wara li studja l-medicina hu waqqaf servizz ginekologiku fl-isptar ta’ Lemera fil-Congo. Dan l-isptar kien safa’ attakkat u nqered fl-1996 kawza tal-gwerra fil-pajjiz.
Minn hawn Mulwege harab lejn Bukavu fejn waqqaf sptar iehor maghmul mit-tined kif ukoll sala tal-maternita’ u teatru tal-operazzjonijiet. Madankollu anke’ dan ic-centru nqered waqt attakk fl-1998, fit-tieni gwerra tal-Congo.
Imma Mukwege ma qatax qalbu u bena’ sptar iehor f’Panzi fejn minbarra x-xoghol tieghu harreg ukoll haddiema biex ikunu kapaci jghinu huma wkoll lin-nisa vittmi tal-gwerra.
Mindu nfetah dan l-isptar fl-1999, gew trattati mal-40,000 persuna. Uhud minn dawn kienu sofrew griehi kawza ta’ tiri sparati fil-partijiet genitali taghhom, ohrajn vittmi ta’ stupru tal-massa fejn suldati f’lejl jistupraw lin-nisa ta’ villagg jew komunita’ shiha bil-vjolenza sesswali tintuza bhala arma tal-gwerra.
Sena ilu l-premju Sakharov kien inghata lit-tfajla Pakistana ta’ 17-il sena Malala Yousafzai li kienet f’riskju li titlef hajjitha wara li sfat fil-mira tat-Taliban u sofriet griehi ta’ arma tan-nar f’rasha sempliciment ghaliex kienet tattendi l-iskola.
//= $special ?>