Lokali Qorti

Misteru dwar ġiżirina tad-deheb li sparixxiet fil-każ tal-qtil ta’ Matthew Zahra

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-ġiżirana tad-deheb li sparixxiet u li kienet propjeta’ ta’ Matthew Zahra, is-sewwieq tat-taxi għadhom għaddejjin. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Fabian Fleri quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fejn qal li l-ġiżirina kienet preservata f’li “strongroom” tal-Pulizija fejn jinżammui esebiti tal-Qorti u evindenza.

L-Ispettur Fleri kien qed kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ ta’ Jason Galea ta’ 39 sena mill-Marsa u Ronald Urry ta’ 49 sena minn Raħal Ġdid li qegħdin iwieġbu mhux ħatja li qatlu lil Zahra, f’Awwissu tal-2012.

Il-fdalijiet ta’ Zahra kienu nstabu midfuna f’għalqa fil-Qajjenza, limiti ta’ Birżebbuġia, s-sena l-oħra. Miegħu kienu nstabu wkoll l-iġsma ta’ Mario Camilleri, l-Imnieħru u ibnu Mario Camilleri Junior. F’kumpilazzjoni preċedenti wieħed mix-xhieda prinċipali fil-każ, Alfred Attard ta verżjoni differenti fejn qal li qabel ma kien se jidfen lil Zahra, l-akkużat Urry ħadlu l-ġiżirana minn għonqu iżda Jason Galea kien qallu biex ipoġġiha lura.

Il-ġiżirana kienet eventwalment instabet minn xi ħadd li kien qal li kien xtraha mingħand Galea. Fuq domandi tad-difiża, l-Ispettur Fleri qal l-ġiżirana kienet qed tintuża bħala parti mill-investigazzjonijiet dwar kif Zahra kien spiċċa nieqes. Huwa kkonferma wkoll li l-ġiżirana kienet qed tinżamm mill-Pulizija minħabba li kien hemm tliet gruppi differenti li rieduha lura.

Galea qed jgħid li l-ġiżirana hija oriġinarjament tiegħu u li iżda kien ħadha Zahra, dan bħala ħlas għal użura. Fleri qal li fil-madwar tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, fis-sezzjoni tal-Quartermaster ma hemm l-ebda cameras tas-sigurta’, u minkejja li l-inħawi huma ristretti, ma hemm l-ebda verifikar fuq min jidħol u joħroġ mill-post, u kien hemm okkażjonijiet meta grupp ta’ persuni daħlu biex jiġbru evidenza.

Ix-xhud qal li huwa nterroga diversi persuni dwar il-ġiżirana, inkluż uffiċjali tal-Pulizija, iżda għad m’għandux il-provi konklussivi biex iressaq lil xi ħadd dwar dan. Fil-kumpilazjoni qamet ukoll l-issue dwar il-fatt li Matthew Zahra għadu ma ġiex midfun kif suppost. Il-fdalijiet tiegħu kien instabu meta l-Pulizija bdiet tfittex lil Mario Camilleri u lil ibnu.

Ma’ l-għadam tal-katavri kienu nstabu wkoll għadam ta’ annimali u għalhekk kienu qegħdin isiru testijiet biex jiġu intentifikati u magħżula. Fil-Qorti ħareġ li ma kien hemm l-ebda żviluppi fuq l-għażliet tal-għadam u biex dawkl ta’ Zahra jitpoġġew flimkien sabiex issirlu difna onorabbli. Il-Maġistrat Demicoli ordnat lil esperti tal-Qorti biex ifittxu jlestu l-proċess tal-għażla tal-għadam u biex huma jikkonkludu x-xogħol mogħti lilhom sa Jannar meta għandha tkompli l-kumpilazjoni.

L-Ispetturi Chris Pullicino, Fabian Fleri, Michael Mallia u Louise Calleja qegħdin imexxu l-kumpilazzjoni filwaqt li l-Avukat Stefano Filletti qed jidher bħala parti-ċivili għall-familja Zahra. L-Avukat Joe Giglio qed jidher għal Jason Galea filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Angie Muscat deheru għal Urry.